Il-bajja Awstraljana li tixgħel filgħaxija – One News

Notifiki

Il-bajja Awstraljana li tixgħel filgħaxija

 

Ammont kbir ta’ alka ttrasforma bajja Awstraljana f’waħda li qed tagħti spettaklu, fejn filgħaxija qed tixgħel blu.

Dan it-tip ta’ alka, li hu magħruf għax jixgħel fid-dlam, qed jagħti spettaklu lin-nies tal-lokal fuq il-bajja ta’ Tasmania, Preservation Bay.

Dan il-fenomenu naturali jseħħ meta organiżmi żgħar jipproduċu dawl biex jiddefendu lilhom infushom.

Għalkemm mhux tossiku, jaf joħloq iritazzjoni fuq il-ġilda tal-bniedem.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend