Għax ikkritikahom, fetħu l-kanuni kontrih – One News

Għax ikkritikahom, fetħu l-kanuni kontrih

Fl-istess żmien li l-Partit Nazzjonalista qal li se jikkampanja favur il-libertà tal-espressjoni u d-demokrazija, l-Oppożizzjoni fetħet attakk kontra l-avukat John Bonello li jippresjedi fuq it-tribunal għat-talbiet iż-żgħar.

Saħansitra talbet lill-Prim Imħallef biex jitlob lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tieħu passi kontra tiegħu.

Dan għamlitu għax fl-aħħar ġimgħat Bonello seta’ kien kritiku tal-Partit Nazzjonalista u esponenti tiegħu, permezz ta’ kummenti fuq il-midja soċjali.

Fil-Parlament, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għamilha ċara li ma kienx qed jitkellem f’ismu biss.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *