Approvat proġett ta' Alfred Sant dwar sorsi ta' enerġija nadifa għall-gżejjer tal-UE | One News

Notifiki

Approvat proġett ta’ Alfred Sant dwar sorsi ta’ enerġija nadifa għall-gżejjer tal-UE

 

Il-Kummissjoni Ewropea approvat pjan preparatorju mressaq mill-MEP Malti Alfred Sant biex gżejjer fi stati membri tal-Unjoni Ewropea jkunu minn ta’ quddiem biex jagħmlu l-bidla lejn il-ħolqien ta’ enerġija nadifa u juru s-soluzzjonijiet tagħhom fuq livell Ewropew. Il-KE ppubblikat l-ewwel rapport fuq l-implimentazzjoni ta’ ‘Azzjoni Preparatorja’ biex il-gżejjer jibdew jipproduċu l-elettriku tagħhom minn sorsi nodfa u jsiru awtonomi kemm jistgħu fil-provvista tal-enerġija.  Jekk jirnexxi dan il-proġett isir strument permanenti tal-UE. Il-proġett kien propost f’Awwissu li għadda minn Dr Sant bl-appoġġ tal-Ewroparlamentari Kroat Tonino Picula (S&D) u l-Ewroparlamentari Sqalli Michele Giuffrida (S&D).

Il-Kummissjoni ppubblikat il-proġetti pilota u l-‘Azzjonijiet Preparatorji’ għall-baġit tal-UE tal-2017 fosthom id-dokument “Strengthening cooperation on climate action among islands within and beyond the EU through the creation of an island identity within the Global Covenant of Mayors.” Dan kien approvat bħala parti mill-baġit tal-2017 u se jkun implimentat f’perijodu ta’ sentejn.

Il-Kummissjoni se tkun qed taħdem viċin l-awtoritajiet lokali ta’ stati membri u gżejjer bl-għan li l-inizjattiva tingħata spinta u timxi ’l quddiem. Se jitwaqqaf forum dwar il-ħolqien tal-enerġija fil-gżejjer Ewropej biex jinqasam l-għarfien u anki l-esperjenzi tal-gżejjer infushom. Il-forum se tkun qed ilaqqa’ wkoll nies mis-settur teknoloġiku biex jinħolqu klijenti potenzjali.

Il-Kummissjoni mistennija tippubblika t-tieni rapport mal-abbozz tal-baġit  2018.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend