9,725 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija f'ħames snin | One News

Notifiki

9,725 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija f’ħames snin

 Mill-2010 sa Frar li għadda, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza rċieva total ta’ 9,725 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija.

Meta wieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li minn dawn, 1,994 applikazzjoni għadhom qed jiġu pproċessati.

L-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija żdiedu minn sena għal oħra, bl-aktar żieda sostanzjali tkun irreġistrata fl-2016.  Is-sena li għaddiet, l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza żdiedu b’57% meta mqabblin ma’ dawk li d-dipartiment kien irċieva fl-2011.

Bejn l-2010 u Frar 2017, id-dipartiment irċieva total ta’ 4,703 applikazzjonijiet li jirrigwardaw ċittadinanza bi żwieġ jew naturalizzazzjoni, li minnhom 905 għadhom qed jiġu pproċessati.

Il-Ministru qal li meta wieħed iqabbel is-sena 2016 mas-sena 2011 isib li matul is-sena li għaddiet, żdiedet b’6,920% r-rata ta’ rifjut ta’ applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija bi żwieġ u b’naturalizzazzjoni.

Fil-każ tal-Programm ta’ Cittadinanza b’Investiment, sal-aħħar ta’ Frar 2017 kien hemm 346-il applikazzjoni li għadhom għaddejjin mill-fazi ta’ due diligence.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend