Missier isakkar lil uliedu ta' ftit snin f'kamra mimlija ħmieġ tagħhom stess | One News

Notifiki

Missier isakkar lil uliedu ta’ ftit snin f’kamra mimlija ħmieġ tagħhom stess

Missier intbagħat il-ħabs wara li żewġt itfal żgħar instabu maqfulin f’kamra mimlijin ħmieġ tagħhom stess u saqqu wieħed bejn tnejn.

Il-Qorti ta’ Derbyshire fl-Ingilterra semgħet kif il-kumplament tad-dar kienet nadifa u kollox f’postu, bi fridge mimlija ikel u b’ġugarelli għadhom lanqas biss infetħu.

Iżda ġewwa l-kamra, deskritta bħala ‘ċella’, fejn inżammu ż-żewġt itfal, kelliem mid-Dipartiment Soċjali ddeskriva l-kundizzjonijiet inaċċettabbli li kienu qed jgħixu fihom, bi ħmieġ tagħhom stess imċallas mal-ħitani u mal-art.

Fil-Qorti ingħad kif it-tfal instabu lebsin ħrieqi u flokkijiet, u l-unika mod kif jikkomunikaw huwa billi jwerżqu. Kelma mill-ftit li jafu jgħidu hi “karozza”.

Il-missier li għandu madwar 40 sena, ingħata sentenza ta’ 29 xahar ħabs talli ma ħax ħsieb lill-uliedu. L-omm ukoll ammettiet għal akkużi ta’ negliġenza, iżda għadha trid titressaq il-Qorti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend