Min iħaddem se jkollu dritt iżomm ħaddiema milli jilbsu l-velu – One News

Notifiki

Min iħaddem se jkollu dritt iżomm ħaddiema milli jilbsu l-velu

Il-Qorti Ewropea ddeċidiet li min iħaddem għandu dritt iżomm ħaddiema milli jilbsu l-velu.

Din il-projbizzjoni għandha tkun imniżżla fir-regoli interna tal-kumpanija fejn ikun hemm imniżżel li l-kumpanija tirrikjedi lill-ħaddiema jilbsu “b’mod newtrali”.

Dan wara li numru ta’ pajjiżi Ewropej ħadu l-inizjattiva għal rashom u daħħlu numru ta’ projbizzjonijiet dwar dan it-tip ta’ lbies f’postijiet pubbliċi

Din hi l-ewwel deċiżjoni li l-Qorti ħadet dwar l-ilbies ta’ velu relatat mar-reliġjon Iżlamika, fuq il-post tax-xogħol.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend