Referendum biex l-Iskozja tiġi indipendenti mir-Renju Unit – One News

Notifiki

Referendum biex l-Iskozja tiġi indipendenti mir-Renju Unit

L-Iskozja se tkun qed tagħmel it-tieni referendum tagħha biex tikseb l-indipendenza mir-Renju Unit. Dan ħabbritu l-Kap tal-Gvern Skoċċiż, Nicola Sturgeon.

Hija qalet dan fl-indirizz tagħha t-Tnejn f’Bute House, hekk kif il-membri parlamentari f’Westminster kienu qed jippreparaw biex jiddibattu u jivvottaw fuq l-abbozz ta’ BREXIT.

Sturgeon qalet li l-Gvern Ingliż naqas milli jsib kompromess u jilħaq ftehim mal-Gvern Skoċċiż fir-rigward ta’ BREXIT u li anke ftehim tajjeb jibqa inferjuri għall-istatus quo.

“Jekk l-Iskozja mhux qed tiġi kkunsidrata fi kwistjoni daqshekk importanti dwar l-Unjoni Ewropea u s-suq uniku, huwa ċar li l-vuċi tagħna tista’ tiġi injorata f’kull kwistjoni,” stqarret Sturgeon.

Il-Kap tal-Gvern Skoċċiż qalet li l-vot se jkun qed jittieħed bejn il-Ħarifa 2018 u r-Rebbiegħa 2019 – qabel ma “jkun tard wisq” iżda wara li “l-abbozz ta’ BREXIT jkun konkluż.” Hija qalet li se tkun qed tapplika għall-awtorizazzjoni tal-Gvern Ingliż biex dan ir-referendum isir.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend