Gvern Laburista b'inċentivi ġodda għal min irid jaddotta | One News

Notifiki

Gvern Laburista b’inċentivi ġodda għal min irid jaddotta

F’dawn l-aħħar erba’ snin, Gvern Laburista introduċa numru ta’ inċentivi għal ġenituri li jaddottaw. Liema inċentivi jassiguraw li dawk li jaddottaw it-tfal ikollhom l-istess drittijiet bħal ġenituri li jkollhom tarbija. L-ewwel inċentivi li introduċa dan il-Gvern kienet li ġenituri adottivi jibdew igawdu minn  maternity leave u maternity benefit. 

Iżda dawn ma kienux l-unika inċentivi li introduċa Gvern Laburista. Hekk kif ġenituri li jaddottaw u jiefqu mix-xogħol se jkunu intitolati għal Child Adoption Credits.

Dawn il-ġenituri huma intitolati għal massimu ta’ erba’ snin fi credits. Dan ifisser li l-Gvern se jkun qed iħallas il-bolla fil-perjodu li l-persuna ma tkunx qed taħdem fih.

Dawn l-erba’ snin jibdew jgħoddu mid-data li t-tfal jkunu adottati uffiċjalment u jistgħu jittieħdu fuq perjodu ta’ mhux aktar minn sitt snin.

F’każ ta’ tfal b’diżabilità, l-erba’ snin credits jistgħu jittieħdu fuq perjodu ta’ għaxar snin.

Dan ġie spjegat f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru Michael Farrugia.

Meta mbagħad nitkellmu dwar il-maternity leave u maternity benefit, persuna impjegata, wara l-introduzzjoni ta’ dawn l-inċentivi, qed tgawdi minn erbatax-il ġimgħa ta’ maternity leave imħallas mill-Gvern. F’dawn l-erba’ ġimgħat il-ġenitur addottiv se jkun imħallas b’rata ta’ paga minima, jiġifieri € 169.76 fil-ġimgħa.

Filwaqt li dawk il-ġenituri li ma jaħdmux jieħdu €90.27 fil-ġimgħa għal tmintax-il ġimgħa. Filwaqt li ħaddiema self-employed qed jitħallsu €169.76 fil-ġimgħa għal tmintax-il ġimgħa.

Dawn il-ġenituri huma mitluba li jippreżentaw id-dokumenti meħtieġa mid-dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex il-pagamenti jibdew mill-ġurnata uffiċjali li ssir l-adozzjoni.

Dawn l-inizjattivi jintroduċu numru ta’ benefiċċji ġodda għal ġenituri adottivi filwaqt li jassiguraw għajnuna lil kull ġenitur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend