Suldat li qatel seba’ studenti jinħeles wara 20 sena ħabs – One News

Suldat li qatel seba’ studenti jinħeles wara 20 sena ħabs

Suldat mill-Ġordan li qatel seba’ studenti tfajliet mill-Iżrael fl-1997 inħeles wara li qatta’ 20 sena minn ħajtu f’ċella.

L-awtoritajiet qalu li Ahmed Daqamseh issa jinsab fir-residenza ta’ familtu f’villaġġ qrib Irbid.

Lura fl-1997 Daqamseh kien qabad u spara fuq studenti mill-Iżrael waqt li kienu fuq ġita fuq gżira qrib il-fruntieri tal-Ġordan.

Il-Qorti kienet sostniet li hu ma kienx f’saħħa mentali tajba u għalekk bagħtitu għomru ħabs. Fil-Ġordan, għomor il-ħabs tfisser 25 sena, iżda diversi persuni ħadmu sabiex jinħeles qabel.

S’issa l-Iżrael għadha ma rreaġixxiet għal din l-aħbar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend