“Busuttil huwa politikament falz…ħierġa l-ipokrezija tiegħu” – Joseph Muscat – One News

Notifiki

“Busuttil huwa politikament falz…ħierġa l-ipokrezija tiegħu” – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat staqsa għaliex il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għadu ma ppubblikax l-invoices foloz lill-grupp DB.

Waqt programm dirett fuq One, innota li Simon Busuttil qal li l-invoices fihom informazzjoni li hija kummerċjalment sensittiva.

Ftit tal-ġimgħat ilu, osserva l-Prim Ministru, dan kien l-ewwel Gvern li ppublika l-kuntratti kollha li ħarġu tul erba’ snin. Iżda meta neħħa l-partiijiet li kienu kummerċjalment sensittivi, Busuttil kien jgħajjat li kollox kellu jkun ippublikat. Issa, osserva Muscat, għall-kumpanija tal Partit Nazzjoanlista, Busuttil qed jgħid li ma jridx jippubblika invoices għal sebgħin elf ewro, appuntu għax qed iseħilhom kummerċjalment sensittivi.  “Inkredibbli bħala skuza u tesponi l-falsita politika tal- kap tal-Oppożizzjoni” stqarr il-Prim Ministru dwar Busuttil, u żied ifakkar li sa ftit tal jiem ilu kien qed jagħmel mozzjoni fil-Parlament u jħabbat fuq sidru f’ġieħ it-trasparenza.

Il-Prim Minsitru innota wkoll li bħal llum ġimgħa, Busuttil esprima rabja għax qal li l-flus ta’ DB huma flus maħmuġin u se jirritornahom. Iżda Simon Busuttil issa qed jgħid li m’hu se jirritorna xejn, u issa qed jgħid li ma sar xejn illegali.

Joseph Muscat semma punt ieħor kruċjali li joħroġ mill-ġdid  l-ipokrezia, in-nuqqas ta’ sinċertà u falsità tal-kap tal-oppozizzjoni. Busuttil qed jgħid li l-fatt li l-flus ingħataw lill-kumpanija tal-Partit Nazzjonalista ifisser li ma nkisritx il-liġi tal finanzjament tal-partiti. Bħala avukat jaf jaqra l-liġi, qal il-Prim Ministru, u din hija ksur tal-liġi.

“Simon Busuttil huwa falz politikament. Qed imur kontra l-verità u l-fatti magħrufa u din turi l-ipokrezija tiegħu” temm jgħid Joseph Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Jien li jdarrasni hu li s-segwaci tieghu ikomplu jghalqu ghajnejhom ghal dawn l-affarijiet flok jiehdu azzjoni biex jaraw li t-tmexxija tal-partit taghhom tkun ahjar.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend