‘Min Int?’ Dramm tal-Passjoni fiż-Żejtun – One News

Notifiki

‘Min Int?’ Dramm tal-Passjoni fiż-Żejtun

Id-Dramm tal-Passjoni, ‘Min Int?’ se jitella ġewwa d-Domus fiż-Żejtun. Wara s-suċċessi ta’ ‘Imsikket’ u ‘Venit Hora’ mil-istess pinna u taħt l-istess direzzjoni ta’ Renzo Bonello, din is-sena ser jitella dan id-dramm.

Dan id-Dramm apparti l-Passjoni ta’ Ġesu jitratta wkoll il-ġrajja ta’ Elihud, l-għama li jgħix barra s-swar biswit il-Golgota kif ukoll bintu Ayla li ssefter ma Claudia mart il-prokuratur Pontius Pilatus.

Għal sena oħra għalkemm id-Dramm hu tradizzjonali xorta jmur lil hinn min dak li mdorrijijn naraw u fih wieħed kapaċi jsib sens u tweġibiet għal mistoqsijiet li wieħed jista’ jkollu, kif ukoll jirrelata mal-karattri u jifhem aħjar għaliex għamlu dak li għamlu u sar dak li sar.

Din is-sena wkoll novita ġdida fejn il-mużika kollha tad-Dramm ġiet miktuba apposta mill-kompożitur bravu Noel Calleja.

Id-dati ta’ dan id-Dramm huma il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu u s-Sibt u l-Ħadd 1 u 2 ta’ April, ġewwa t-Teatru tal-Juventutis Domus Sacra Famila fiż-Żejtun. Bookings jistgħu jsiru fuq 99470351 jew mid-Domus stess fi Triq San Girgor Żejtun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend