Frar b'iktar xemx u xita | One News

Notifiki

Frar b’iktar xemx u xita

Frar offrielna 183 siegħa ta’ xemx. Frar li b’mod ġenerali kien iktar kalm u xemxi mis-soltu.

Fl-istess waqt niżel total ta’ tnejn u sittin millimetru punt sebgħa ta’ xita, biex minkejja t-temp sabiħ kellna iktar xita milli mistenni f’dan ix-xahar tas-sena.

Xita li minkejja kollox ma kinitx ta’ problema għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival, minkejja li l-Ħadd u t-Tnejn tal-Karnival niżlu tmien millimetri punt erbgħa ta’ xita.

Is-seba’ jum tax-xahar kien l-iktar wieħed li fisser xita: ħmistax-il millimetru punt disgħa, fejn ix-xemx ħarġet biss għal ftit iktar minn siegħa u nofs.

 

Il-bidu ta’ Frar fisser ukoll riħ qawwi li laħaq veloċità massima ta’ tmienja u erbgħin knot fid-disgħa tax-xahar.

Imma kollox ma’ kollox il-ġranet fi Frar kienu sbieħ, b’medja ta’ ftit iktar minn seba’ sigħat ta’ xemx u kopertura medja ta’ sħab normali għal dan iż-żmien tas-sena.

Dawn il-jiem xemxin fissru temperaturi ftit iktar sħan mis-soltu. Fil-fatt it-temperatura tal-ajru kienet ta’ tlettax il-grad punt  sitta.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend