Triq “pożittiva, kostruttiva u miftuħa” – JM – One News

Notifiki

Triq “pożittiva, kostruttiva u miftuħa” – JM

Id-dikjarazzjoni ta’ Ruma se tkun qed tibazza l-futur tal-Unjoni Ewropea fuq Ewropa maqgħuqa. Din id-dikjarazzjoni li intlaħħqet wara qbil unanimu bejn il-mexxeja Ewropej, fi tmiem summit ta’ jumejn fi Brussell.

Fuq Twitter il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li d-diskussjoni dwar it-triq il-quddiem għas-sittin anniversarju tat-trattat tar-Ruma hija pożittiva ,  kostruttiva u miftuħa.

Il-Prim Ministru Malti bħala, l-mexxej ta’ Gvern li bħalissa għandu f’idejh il-Presidenza tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea, ipparteċipa bi sħiħ fid-diskussjonijiet għat-tfassil tad-dikjarazzjoni tar-Ruma, u fl-ewwel impenji ta’ dalgħodu kellu “breakfast meeting” mal-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Junker u l-President tal-Kunsill Ewropew Donal Tusk , sabiex jiddiskutu t-tfassil tad-dikjarazzjoni .

Mexxeja Ewropej dehru sodisfatti b’dak maqbul f’dan is-summit u l-Kanċillier Ġermaniz Angela Merkel faħħret is-sehem ta’ Malta f’dawn id-diskuzzjonijiet .

Id-dikjarazzjoni se tkun iffirmata ġimgħatejn oħra f’Ruma , bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tas-sittin anniversarju mit-trattat ta’ Ruma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend