Nikkonfermaw li l-katavru li nstab f'Żonqor huwa tal-mara li lbieraħ niżlet fil-baħar f'Tas-Sliema | One News

Notifiki

Nikkonfermaw li l-katavru li nstab f’Żonqor huwa tal-mara li lbieraħ niżlet fil-baħar f’Tas-Sliema

Nistgħu nikkonfermaw li l-persuni li nstabet mejta fil-baħar qrib Żonqor dalgħodu hija l-istess persuna li minn jhedhha niżlet fil-baħar imqalleb f’Tas-Sliema lbieraħ.

Din il-mara damet ma ġiet identifikata. Ilbieraħ il-Forzi Armati ta’ Malta ġew mgħajta biex jagħtu l-ewwel għajnuna, il-ħelikopter u l-lanċa tal-forzi kienu involuti fit-tfittxija fil-baħar viċin il-lukanda Preluna. L-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet diffiċli minħabba l-kundizzjoni tat-temp u d-dlam. Filfatt, wara sigħat ta’ tfittxija, it-tfittxija ġiet posposta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend