Min kien romantiku, min qal li qed isir wisq għaġeb, u min kien VERA STRAMB – One News

Notifiki

Min kien romantiku, min qal li qed isir wisq għaġeb, u min kien VERA STRAMB

Kienu bosta r-reazzjoniet għal dak li ġara d-Dwejra, wara li t-tieqa ikonika sparixxiet darba għal dejjem.

Bħal ma wieħed seta’ jimmaġina, Facebook xegħel bil-kummenti, ritratti u sentimenti.

Min kien vera romantiku u tkellem dwarha qisu tilef xi ħadd verament għażiż. Min qal li ma kienx messha tħalliet taqa’ (minkejja kliem l-esperti). Min iddedika siegħa jew tnejn ipenġi santi virtwali, daqs li kieku miet bniedem. Min ħadha bħala opportunità ta’ marketing liema bħalha. Min għadda kummenti makakki fuq jum il-mara u t-tiġrif tat-tieqa. Min tella’ ritratt, anke minn deċenji ilu.

Min qabżitlu jara tieqa tiela u tieqa nieżla. Imma kien hemm min qabżitlu verament bl-ikrah.

Għalkemm huwa profil fittizju ta’ xi ħadd li jidher li għandu ħafna ħin fuq idejh, xorta din tibqa’ waħda mill-aktar reazzjonijiet strambi li rajna s’issa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend