Ir-realtà kiefra ta’ ċkejkna li tħalliet abbandunata minn ommha – One News

Notifiki

Ir-realtà kiefra ta’ ċkejkna li tħalliet abbandunata minn ommha

Il-maġġoranza ta’ tfal li għandhom ħames snin, normalment iqattgħu l-ġranet tagħhom jilgħabu u jgawdu l-inoċċenza tagħhom. Iżda dan ma kellux ikun id-destin taċ-ċkejkna Anna Wang li tgħix iċ-Ċina, ta’ kuljum hija tieħu ħsieb lin-nanna u l-bużnanna tagħha – u dan ma tagħmlux b’għażla.

Din iċ-ċkejkna spiċċat f’din ir-realtà mingħajr ebda ħtija u qed ikollha taffaċċja ħajja mimilja sfidi li ebda tifel jew tifla m’għandhom jaffaċċjaw. Missier Anna ntbgħat il-ħabs meta hi kellha biss tliet xhur filwaqt li ommha reġgħet iżżewġet u ddeċidiet li tabbanduna lil bintha.

Hija spiċċat tgħix man-nanna tagħha u mal-bużnanna tagħha li llum għandha 92 sena. Hija bdiet tagħmel ix-xirja għall-familja, issajjar u tagħmel xogħlijiet oħra fid-dar u saħansitra taħsel lin-nanniet tagħha.

Dawn huma realtajiet li xi kultant ninsewhom, iżda huma r-realtà ta’ kuljum għal dawn it-tfal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend