Akkużat li seraq minn żewġ spiżeriji u kellu arma tan-nar | One News

Notifiki

Akkużat li seraq minn żewġ spiżeriji u kellu arma tan-nar

Stephen Falzon, mwieled r-Renju Unit u jgħix Ħal-Balzan, tressaq il-qorti akkużat li seraq żewġ spiżeriji waqt li kien fil-pusses t’arma tan-nar. Waħda minn dawn is-serqiet saret nhar il-Ħamis. Falzon kien arrestat fuq konnessjoni ma serqa li saret fi spiżerija fin-Naxxar li saret nhar il-Ħamis filgħaxija. Skont raporti fl-ispiżerija daħlu żewġ persuni mgħammda u talbu l-flus lill-kaxxiera.

Milll-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li Falzon kien involtu f’serqa minn spiżerija li saret fl-Iklin fi Frar ta’ din is-sena. Falzon wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih ; akkużi ta’ serq, li żamm persuni kontra l-volontà tagħhom, li kien fil-pusses t’arma tan-nar u li ma kellux liċenzja għall-arma tan-nar. Għad mhux magħruf jekk persuni oħra se jitressqu l-qorti akkużati b’involviment ta’ serq.

Il-kumpilazzjoni dwar il-każ għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend