Ħabiba ta’ Busuttil u Casa trid tħallas lura €126,000 – One News

Notifiki

Ħabiba ta’ Busuttil u Casa trid tħallas lura €126,000

Lara Comi, Viċi-President tal-Partit Popolari Ewropew u Membru Parlamentari Ewropew, ħabiba ħafna ta’ Simon Busuttil u David Casa, hija fost numru ta’ MEPs maqbuda fi skandlu ta’ ħlasijiet. Tant li issa trid trodd lura €126,000.

Riċentament Comi kienet waħda mill-ftit Ewroparlamentari li wara li tkellem il-Prim Ministru Malti, Joseph Muscat, fi plenarja tal-Parlament Ewropew kellha kliem negattiv xi tgħid. Dan bi ftehim ma’ delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista Malti.

Fil-waqt li ma naqsitx ir-referenza għall-Panama, Comi qalet li l-Prim Ministru ma jistax imur fil-plenarja tal-Parlament Ewropew u joqgħod jitbissem. Għax hemm, qalet Comi, imorru biex isolvu l-problemi. Xi ħaġa li skont hi l-Prim Ministru Malti, li għandu pajjiż bl-ikbar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, ma rnexxielux jagħmel.

Iżda, issa sirna nafu li Comi kienet qed tmur il-Parlament Ewropew biex tħaddem lil ommha. Comi ħadmet lil ommha bħala assistent Parlamentari tagħha, xi ħaġa li tmur kontra r-regoli tal-Parlament Ewropew u għalhekk issa trid tħallas lura l-ammont ta’ €126,000.

Filwaqt li ddefendiet il-pożizzjoni tagħha qalet li għamlet hekk għax kienet għadha iżgħar u riedet xi ħadd ta’ fiduċja. F’kelma waħda riedet lil “mamma” tmur magħha x-xogħol u ta’ dan ħalsitha mill-flus tat-taxxi, kif mhux suppost għamlet. B’dan l-iskandlu l-ħabiba ta’ Busuttil u Casa, fost oħrajn, spiċċat fil-lista ta’ nies bħal Marie Le Pen u Nigel Farage li wkoll abbużaw mill-pożizzjoni tagħhom.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend