ATTAKK FIL-ĠERMANJA – One News

Notifiki

ATTAKK FIL-ĠERMANJA

Seba persuni indarbu f’attakk b’mannara fi stazzjon tal-ferrovija f’Dusseldorf, il-Germanja. Sa issa persuna waħda ġiet arresta b’rabta mal-każ u s-suspettat huwa raġel ta’ 36 sena mill-eks Yugoslavia li jsofri minn problem psikologici.

Filwaqt li ma kien hem l-ebda fatalità rrapurtata, persuna waħda kienet midruba serjament u l-agressur ukoll weġġa’ serjament wara li qabeż minn fuq pont waqt li pprova jaħrab.

Il-mottiv wara dan l-attakk għadu mhux ċar u l-Pulizija mhux qed tiddeskrivih bħala attack relatat mat-terroriżmu. Intant, il-Ġermanja tinsab fuq alert massimu għal attakki terroristiċi partikolarment wara li f’Dicembru tas-sena li għaddiet, tnax-il persuna nqatlu hekk kif trakk saq fuq folla f’suq tal-Milied.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend