Marco Bonnici se jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-MUT – One News

Notifiki

Marco Bonnici se jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-MUT

Marco Bonnici se jkun wieħed mill-kandidati li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-Unjin Maltija għall-Għalliema , l-MUT.

Dan biex jieħu l-kariga li bħalissa qed jokkupa Kevin Bonello, li ftit tal-jiem ilu ħabbar li mhux se jikkontesta l-elezzjoni tal-unjin għat-terminu li ġej minħabba raġunijiet personali relatati ma’ saħħa.

Bħalissa Bonnici jokkupa l-kariga ta’ viċi president anzjan tal-istess unjin.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Marco Bonnici qal li jrid jibbaża l-ħidma tiegħu fl-MUT fuq tliet prinċipji: għaqda, saħħa u determinazzjoni.

It-terminu ta’ president huwa ta’ madwar tliet snin u l-elezzjoni biex jinħatar President ġdid għall-MUT se tkun qed issir f’April li ġej .

In-nominazzjonijiet għal din il-kariga se jiftħu nhar it-Tnejn. Bis-Segretarju Ġenerali attwali tal-MUT, Franklin Barbara, ukoll qed jingħad li se jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-MUT .

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend