Mara unika – Jeanesse Abela issa se nibdew narawha fid-drama Division 7 – One News

Notifiki

Mara unika – Jeanesse Abela issa se nibdew narawha fid-drama Division 7

Jeanesse Abela, ta’ 40 sena, saret isem magħruf ma’ ħafna. Il-mantra tagħha hi billi jkollok diżabiltà, m’għandekx tieqaf milli  tagħmel dak li tixtieq fil-ħajja.

U fil-fatt, bdiet avventura ġdida, li din id-darba qed twassal biex narawha fuq l-iscreens tat-televiżjoni.

Jeanesse se jkollha rwol f’Division 7, drama orjentat f’ħabs, b’ħafna intriċċi u stejjer individwali li lkoll jgħaqdu fi storja waħda ewlenija.

Jeanesse se tkun oħt karattru ieħor bl-isem ta’ Amy, u l-preżenza tagħha mhix se tkun ta’ darba imma se nkunu qed narawha kull tant żmien. Minkejja li se tkun qed tirreċta, se tkun qed tippreżenta ruħha b’mod veritier. Se tkun il-Jeanesse li nafu – persuna b’diżabiltà li xejn ma jwaqqafha.

“Kif ġrat din li bdejt tirreċta?” staqsejniha. “Kont ili nixtieq nagħmel xi drama u avviċinani l-producer Jason Zerafa xi sentejn ilu, u l-parti inkitbet apposta għalija”.

L-atturi l-oħra ħadu pjaċir immens biha, tgħidilna Jeanesse, u b’sodisfazzjon tgħid kemm jikkoperaw magħha. Infatti sirna nafu bil-pareteċipazzjoni ta’ Jeanesse għax qalulna kollegi atturi tagħha li jammirawha.

“X’qed titgħallem minn din l-esperjenza?” nistaqsu. “Qed nemmen ferm iktar fija nnifsi, u nisssoda l-karattru tiegħi” twieġeb Jeanesse. Ittemm b’messaġġ: “

kullhadd kapaci jirecta’ jekk vera temmnu fil-persuna anke jekk ghandha xi tip ta’ dizabilita’.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend