Jitkellem it-tifel ta’ Kim Jong-nam – One News

Notifiki

Jitkellem it-tifel ta’ Kim Jong-nam

Kien żvelat filmat ta’ iben Kim Jong-nam, li huwa ħu l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un.

Fil-filmat qasir, l-iben jgħid li ismu huwa Kim Han-sol, mill-Korea ta’ fuq, parti mill-familja Kim.

Jgħid li huwa jinsab flimkien ma’ ommu u oħtu imma m’hemmx dettalji tad-data jew il-post fejn jinsab.

Dan qed ikun meqjus bħala l-ewwel kumment pubbliku tal-familja Kim mill-mewta ‘l hawn.

Missieru nqatel fl-ajruport ta’ Kuala Lampur fit-tlettax ta’ Frar li għadda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend