Il-Gvern u l-Oppożizzjoni b’petizzjoni dwar l-għalliema li weħlet ħames snin ħabs – One News

Notifiki

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni b’petizzjoni dwar l-għalliema li weħlet ħames snin ħabs

  • 27,000 firma
  • l-ewwel petizzjoni dwar sentenza tal-Qorti
Il-Gvern u l-Oppożizzjoni ppreżentaw petizzjoni lill-Ispeaker tal-Kamra, Anglu Farrugia, dwar il-każ ta’ Dorianne Camilleri. L-għalliema ta’ 34 sena ġiet ikkundannata ħames snin priġunerija wara li l-Qorti sabitha ħatja li f’Mejju 2011 tajret żewġt aħwa anzjani f’Ħ’Attard.
Fil-petizzjoni fejn inġabru 27,000 firma qed jitolbu biex tinbidel il-liġi. Il-petizzjoni tressqet mid-Deputati Luciano Busuttil u Antoine Borg.

L-Ispeaker laqa’ b’sodisfazzjoni l-fatt li l-Gvern u l-Oppożizzjoni ngħaqdu flimkien.
Qal li din hija l-ewwel petizzjoni li tressqet fil-Parlament dwar sentenza tal-Qorti. L-ewwel petizzjoni li se tmur quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-petizzjonijiet.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend