Settembru: jiżdiedu b’7,928 il-full timers, jonqsu b’1,717 dawk bla xogħol – One News

Notifiki

Settembru: jiżdiedu b’7,928 il-full timers, jonqsu b’1,717 dawk bla xogħol

  • Maġġoranza assoluta ta’ impjiegi inħolqu fil-privat

F’Settembru tas-sena li għaddiet, l-ammont ta’ nies reġistrati li qed jaħdmu full-time żdied b’4.6%, skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika. Dan meta mqabbel mal-istess xahar ta’ sena qabel.

F’sena, l-ammont  ta’ nies fix-xogħol żdied b’3.5%, u laħaq l-185, 259. Dan kien l-aktar dovut għal żieda ta’ 7,928 fejn jidħlu dawk li jaħdmu full time, u tnaqqis ta’ 1,717 f’dawk li huma persuni jfittxu impjieg.

Ta’ min jinnota li l-impjieg full-time fis-settur privat żdied b’7,549. Jiġifieri l-maġġoranza assoluta tal-impiegi li nħolqu kienu fil-privat.

L-iktar setturi li kkontribwixxew lejn żieda fl-impjiegi kienu dawk relatati mal-arti, rikreazzjoni, u divertiment.

L-ammont ta’ nies reġistrati li qed jaħdmu full-time u self-employed żdied b’428.

L-istess statistika tindika li żied ukoll ix-xogħol part time rreġistrat bħala impjieg ewlieni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend