Missier jaqta’ xewqtu fl-aħħar jiem tiegħu: Bintu tiżżewweġ f’Mater Dei – One News

Notifiki

Missier jaqta’ xewqtu fl-aħħar jiem tiegħu: Bintu tiżżewweġ f’Mater Dei

Il-koppja li lbieraħ irrapportajna dwarhom iżżewġu b’wiċċ il-ġid, f’ċirkostanzi straodinarji. Ilbieraħ xerridna l-appell għall-għajnuna, peress li din il-koppja ddeċidiet tiżżewweġ ta’ malajr, biex missier l-għarusa jkun jista’ jkun ħaj għat-tieġ.

Huwa jinsab l-isptar Mater Dei. Ninsabu informati li sal-ħin li xtaqu jiżżewġu, ċioe lbieraħ fis-19:30, irnexxilhom jorganizzaw dak kollu li kellhom bżonn. Minħabba ċ-ċirkostanzi ma setax ikun hemm ċelebrazzjoni wara, u kien hemm biss iċ-ċeremonja tal-Knisja.

Dan kollu b’ordni stretta mill-professjonisti li jekk ikun hemm xi periklu għal pazzjent, il-pjan jitwaqqaf mill-ewwel. Il-missier kien jidher kburi hafna b’bintu u l-koppja vera kuntenta li l-missier taha l-barka u kien jidher tassew kuntent bl unjoni tagħhom. Issa jmiss li nhar it-18 ta’ dan ix-xahar, isir iż-żwieġ kif pjanat.

L-appell għamlitu l-ħabiba tal-għarusa, Dyna, appell li fi kliemha ma waqax fuq widnejn torox. F’dan il-filmat hija rringrazzjat lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend