"It-tniġġis tal-arja marbut mal-mewt ta' 600,000 tifel u tifla" | One News

Notifiki

“It-tniġġis tal-arja marbut mal-mewt ta’ 600,000 tifel u tifla”

Id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Dr. Margaret Chan, qalet li t-tniġġis tal-arja hu “fost l-ikbar theddidiet” li d-dinja qed taffaċċja llum il-ġurnata. Hi sostniet li l-problema tant hi serja li hi ferm ikbar mill-problema tal-HIV u tal-Ebola.

Chan sostniet li l-kwalità ħażina tal-arja qed tħalli impatt ħażin b’mod partikolari fuq it-tfal u ż-żgħażagħ.

Hi qalet li t-tniġġis tal-arja qed tiġi marbuta ma’ mijjiet tal-eluf ta’ mwiet ta’ tfal kull sena. Sostniet li din il-problema hi waħda li diffiċli biex persuna jevitaha dan għax ta’ bilfors irid ikollu jgħix f’din is-sitwazzjoni.

Id-Direttur qalet li din il-problema hi waħda li meta omm li tkun qed tistenna tarbija tiġi esposta għal dan it-tip ta’ tniġġis, iċ-ċans li t-tarbija titwieled b’inqas piż hi akbar. Minħabba f’hekk it-tarbiji jkunu aktar vulnerabbli biex jimirdu b’mod partikolari bil-pnewmonja.

Il-pnewmonja hi infezzjoni fis-sistema resporetorja, li sfortunatament biha jmutu madwar 600,000 tifel u tifla taħt l-età ta’ ħames snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend