Id-DB igiddbu u jisfidaw lil Simon Busuttil | One News

Notifiki

Id-DB igiddbu u jisfidaw lil Simon Busuttil

Il-grupp db, fi stqarrija oħra, għadu kemm kompli jgiddeb lill-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

Il-grupp iddikjara:

  1. Mhux veru li s-sena l-ohra d-db Group għadda biss €3,500 lill-PN. L-ammont totali li għaddejna dik is-sena kien ta’ €77,300 (€70,800 + €6,500).  Fil-fatt għandna l-ircevuti li jippruvaw dan.
  1. Mhux veru li s-sena l-oħra d-db Group ħallas lill-kumpanija tal-PN Medialink is-somma ta’ €70,800 għal xi servizzi kummerċjali li xtrajna mingħandha. L-insinwazzjoni li għall-ammonti li għaddejna lill-PN ħadna lura l-valur tagħhom f’reklami għall-Grupp tagħna hija gidba totali.

Fil-fatt nisfidaw lil min hu kkonċernat fil-PN biex jgħid liema servizzi kummerċjali aħna ħadna mingħand il-Medialink fl-2016 u kif dawn iwasslu għal €70,800.

  1. Kienu l-ogħla uffiċjali tal-PN stess li qalulna li s-€70,800 li talbuna  kienu se jintużaw biex jitħallsu l-pagi tas-segretarju ġenerali u tas-CEO. Fuq talba ta’ l-istess uffiċjali dawn kienu se jibagħtulna invoices tramite l-kumpanija Medialink, kif fil-fatt għamlu. Fl-2016, globalment dawn l-invoices kienu jammontaw ghal €70,800, eżattament kemm kienu talbuna biex johorgu z-zewg pagi, dik tas-segretarju generali u dik tas-CEO.

Busuttil wieġeb b’dan il-mod.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend