MIDRUBA GRAVI – mara tintlaqat minn karozza f'Marsaxlokk | One News

Notifiki

MIDRUBA GRAVI – mara tintlaqat minn karozza f’Marsaxlokk

Illum għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar seħħ inċident stradali fi Triq iż-Żejtun, Marsaxlokk.

Spanjola ta’ 53 sena sfat milquta minn vettura tat-tip Toyota Yaris li kienet qegħda tinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti Marsaxlokk.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet ċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend