Il-mument meta omm u iben ġew attakkati | One News

Notifiki

Il-mument meta omm u iben ġew attakkati

Omm u iben miż-Żimbabwe ġew attakkati waqt li kienu qed japplikaw għar-residenza fl-Afrika t’Isfel meta kienu f’Polokwane.

Filmat li ttieħed minn kamera tas-sigurtà mar virali fuq is-sit soċjali Facebook, fejn juri lil Jeanette van Vuuren flimkien mat-tifel tagħha Tony jiġġieldu ma’ żewġ aggressuri qrib pompa tal-petrol.

L-irġiel attakkawhom wara li lemħu baskett imdendel mal-omm li fih kien hemm il-flus.

Ħuha, Bruce van Vuuren, qal li huma kienu sejrin fl-Afrika t’Isfel b’tal-linja u waslu Polokwane fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Kien it-tifel li spiċċa ndarab waqt dan l-attakk fejn sofra min ġrieħi ħfief.

Segwi l-filmat hawn isfel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend