"Ġib evidenza" – messaġġ lil Donald Trump | One News

Notifiki

“Ġib evidenza” – messaġġ lil Donald Trump

Is-Senatur Repubblikan tal-Istati Uniti Ben Sasse appella lill-President Amerikan Donald Trump biex jipprovdi evidenza li ssaħħaħ l-allegazzjonijiet tiegħu kontra Barack Obama.

Dan wara li lbieraħ, fuq Twitter, Trump akkuża lil-predeċessur tiegħu bi spjunaġġ fuq it-telefonati li għamel xahar qabel ġie elett.

Is-Senatur Amerikan iddeskriva l-kummenti ta’ Trump bħala serji, u qal li għandu jispjega l-allegat spjunaġġ u kif sar jaf bih. S’issa Trump għadu ma pprovda l-ebda evidenza li tissostanzja dawn l-allegazzjonijiet, filwaqt li kelliem għal Obama qal li qatt m’ordna sorveljanza fuq xi ċittadin Amerikan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend