Pjan ġdid għaż-żoni ta' Natura 2000 | One News

Notifiki

Pjan ġdid għaż-żoni ta’ Natura 2000

Iz-Zoni ta’ Natura 2000 se jkunu qed jiġu immaniġjati bi pjanijet iktar effettivi bl-implimentazzjoni ta’ tletin pjan tal-immaniġjar u ordnijiet ta’ konservazzjoni għas-siti protetti f’pajjiżna.

F’pajjiżna wieħed isib 34 sit li minħabba l-valur ambjentali tal-art huma  protetti bħala siti ta’ Natura 2000.  Wara l-investiment ta’ €1.3 miljun biex jiġu stabbiliti dawn is-siti u biex jibdew jitħarsu taħt pjan tal-immaniġjar issa se jkun qed jinbidel il-mod ta’ kif dawn is-siti se jkunu qed jiġu mħarrsa. 

Il-pjanijiet huma mfassla b’oġġettivi differenti skond l-isfidi li l-flora u l-fauna qed jaffaċjaw f’dawn il-postijiet.  Fost dawn l-oġġettivi wieħed isib it-tkabbir ta’ ħabitats, kontroll to speżi barranin, restawr ta’ zoni protetti u r-reintroduzzjoni ta’ speċi f’postijijet li ma jingħaddux biex l-ispeċi introdotti ma jiġux disturbati. Ghalkemm il-proġett qed jgħaddi għal fażi tal-immaniġjar  huwa fundamentali li jitkompla biex jibqgħu jiġu stabbiliti iktar siti li jistgħu jiġu protetti bħala siti ta’ Natura 2000.

Il-Ministru Josè Herrera ħabbar li biex jitjieb ukoll l-immaniġjar tal-artijiet se jkun qed jaħdem fuq ristrutturar fid-direttorat tal-parks fejn id-direttorat ma jibqax taħt it-tmexxija ta’ Direttur wieħed iżda jkollu bosta Diretturi li huma speċjalizzati fuq setturi differenti li mbgħad ikunu mmexxija minn Direttur Ġenerali.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend