Il-Front Kontra ċ-Ċensura jidħol fid-dibattitu dwar il-liġi tal-midja – One News

Notifiki

Il-Front Kontra ċ-Ċensura jidħol fid-dibattitu dwar il-liġi tal-midja

F’konferenza tal-aħbarijiet Front Kontra ċ-Ċensura qalu li jinsabu kuntenti li l-Gvern qed jisma’ s-suġġeriment ta’ kulħadd dwar il-liġi tal-midja.

Il-Front innota b’sodisfazzjon li se jkun qed jitneħħa libell li ddeskrivewh bħala oxxen, fejn wieħed mill-vittmi ta’ dan il-libell kien Mark Camilleri, dan wara li kienu tellawh il-Qorti minħabba gazzetta li kien ippubblika fl-Università ta’ Malta.

Huma qalu li dan hu pass ieħor pożittiv li ttieħed mill-Gvern f’dawn l-aħħar snin kontra ċ-ċensura artistika.

Huma wrew it-tħassib tagħhom dwar iż-żieda fil-multi fejn minn €11,000 issa se tkun €20,000.

Il-Front qal li jifhem li hemm il-bżonn ta’ protezzjoni għaċ-ċittadini biex l-interessi tagħhom jiġu salvagwardjati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend