Iċ-Ċina se żżid l-ispiża militari b’7% – One News

Notifiki

Iċ-Ċina se żżid l-ispiża militari b’7%

Matul l-2017, iċ-Ċina se żżid l-ispiża militari tagħha b’7%.

Aħbar li segwiet dikjarazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump, li qal li se jżid l-ispiża tad-difiża Amerikana.

Iċ-Ċina ħabbret dan ftit jiem qabel in-National People’s Congress f’Beijing.

F’dawn l-aħħar snin, iċ-Ċina ħadmet ħafna fl-immodernizzar tal-armati tagħha, hekk kif l-ekonomija tal-pajjiż kibret sew.

Manadakollu, l-investiment fid-difiża taċ-Ċina xorta jibqa’ wieħed relattivament żgħir meta mqabbel ma’ dak tal-Istati Uniti; għalkemm osservaturi Ċiniżi qalu li l-figura reali tista’ tkun ħafna iżjed ogħla minn dik li tħabbret pubblikament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend