Aġenzija oħra b’rating A… tinnota l-miżuri favur governanza tajba – One News

Notifiki

Aġenzija oħra b’rating A… tinnota l-miżuri favur governanza tajba

DBRS, aġenzija internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ingħaqdet ma’ sensiela ta’ entitajiet li fl-aħħar ġimgħat ippubblikaw rapport dwar il-qagħda ekonomika ta’ Malta. F’dan il-każ ukoll Malta ingħatat rating A u kien innotat kemm Malta tejbet il-pożizzjoni finanzjarja tagħha, fosthom bit-tnaqqis fid-defiċit.

“Id-defiċit naqas għal 0.7% tal-Prodott Domestiku Gross fl-2016, skont il-miri u tnaqqis mill-4.2% tal-2008,” qalu l-esperti tad-DBRS fir-rapport tagħhom.  L-istess jgħidu dwar id-dejn li r-rapport ifisser kif laħaq il-qofol tiegħu fl-2011.

Innotaw kif żdied id-dħul mit-taxxa għax żdiedu l-pagi u rrimarkaw kif il-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP) kellu suċċess ferm iktar milli mistennni.

Ir-rapport jinnota l-fatt li l-Enemalta kienet strutturata u l-passi li qegħdin jittieħdu fl-Air Malta. Filwaqt li jinnota wkoll kif żdiedet il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. L-isfida pensjonijiet ukoll kienet innotata b’kummenti pożittivi. Intqal li r-riforma fil-pensjonijiet li qed jagħmel il-gvern għandha twassal biex is-sistema tkun sostenibbli fit-tul.

L-ekonomija Maltija kienet deskritta bħala diversifikata ħafna anke jekk fost l-iżgħar fl-Unjoni Ewropea. L-esperti tad-DBRS jinnotaw ir-reviżjonijiet li kien hemm fit-tkabbir ekonomiku biex realment dan laħħaq it-8.4% fl-2014 u s-7.4% fl-2015. Fuq kollox jinnotaw kif għalkemm is-sena li għaddiet it-tkabbir mar għal livelli iktar sostenibbli, b’rata ta’ 4%, dan xorta waħda baqa’ fost l-ogħla fl-Unjoni Ewropea.

Fuq kollox id-DBRS tinnota li l-gvern qed jagħmel sforzi biex itejjeb il-governanza u jfakkar li l-gvern għadda l-Whistleblower Act u neħħa l-preskrizzjoni f’każi ta’ koruzzjoni li jinvolvu politiċi. “Investigazzjonijiet li hemm għaddejjin u każi l-Qorti jindikaw il-ħtieġa ta’ titjieb fil-governanza, iżda wkoll l-impenn tal-gvern li jindirizza n-nuqqasijiet tal-passat.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend