Qatel omm wara sewqan perikoluż… jeħel multa ta’ €80 u xogħol fil-komunità – One News

Notifiki

Qatel omm wara sewqan perikoluż… jeħel multa ta’ €80 u xogħol fil-komunità

Matthew Barbara, żagħżugħ ta’ sitta u għoxrin sena mill-Pietà, ġie ordnat jagħmel 350 siegħa xogħol fil-komunità, wara li nstab ħati bil-qtil involontarju t’omm ta’ sitta u għoxrin sena f’inċident tat-traffiku li kien seħħ f’Lulju ta’ sitt snin ilu.

Il-każ seħħ fil-bypass tal-Għargħur meta ż-żagħżugħ, li dak iż-żmien kellu tmintax –il sena u kien għadu kemm ġab il-liċenzja tas-sewqan, tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu bil-konsegwenza li temm il-ħajja ta’ Rosianne Azzopardi – li fil-ħin tal-inċident kellha magħha lil bintha – tarbija ta’ sena li fortunatament ma kienet sofriet l-ebda ġrieħi.

Esperti forensiċi rrimarkaw li għalkemm fil-ħin tal-inċident, it-toroq kienu mxarrba bin-nida, it-temp kien ċar u l-viżibilità kienet tajba. Għaldaqstant il-Qorti kkonkludiet li kien is-sewqan perikoluż u traskurat taż-żagħżugħ, li dakinhar kien qed isuq bil-mija u ħames kilometri fis-siegħa, li wassal għall-inċident.

Minbarra x-xogħol fil-komunità, l-akkużat ingħata multa ta’ €80 u għandu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal tliet xhur.

Ta’ QabelLi Jmiss

6 Comments

  1. u mara matura b’karriera quddiema intbaghtet 5snin habs u kissruha talli VERAMENT INVOLUTARJAMENT tajret 2 anzjani TORT TAGHHOM. nistaqsi – kemm hi il-multa ghal min jinqabad isuq bil-105km/h?

    1. daqs hekk tiswa hajja ta mara zaghzugha ghal qorti?
      mishom jisthu mara ta 26sena b’tarbija xi trabbi
      b’din is-sentenza se johodha it-taghlima min qatilha?

  2. Vera tal-misthija.Mela hekk sew wiehed qatel omm ta tarbija li ghad trid tikber u ma tkunx taf minn hi omma jehel hmerija u ohra sfortunatament u ma kelliex tort wehlet 5 snin. Dik ligi eh.Jien nismahhom jghidu li mur il qorti meta tahseb li ghandek tort.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend