Ma ntilifx ċenteżmu ta’ fondi Ewropej – One News

Notifiki

Ma ntilifx ċenteżmu ta’ fondi Ewropej

Pajjiżna assorba mija fil-mija s-somma ta’ €987 miljun f’fondi Ewropej li kienu allokati għall-perjodu 2007 u 2013. Sal-bidu tal-2013, kienu assorbiti biss 30% ta’ dawn il-fondi filwaqt li 70% tagħhom ġew assorbiti fl-aħħar erba’ snin, jiġifieri kemm ilu Gvern Laburista.

Filfatt, fl-2013 kien hemm riskju li pajjiżna jitlef madwar €200 miljun f’fondi Ewropej wara li mal-50 proġett kienu waqgħu lura taħt l-amministrazzjoni preċedenti.

Dawn il-fondi ġew utilizzati bl-aħjar mod u investiti fl-aktar setturi importanti.

Il-fondi kienu allokati:

  • €136 miljun fl-edukazzjoni;
  • €74 miljun għall-kura tas-saħħa;
  • €71 miljun oħra għall-ambjent;
  • €50 miljun għas-settur privat – il-mutur tal-ekonomija Maltija

Liema investiment wassal għal qabża fil-kwalità tal-ħajja, titjieb fir-riżors uman, tisħiħ fl-infrastruttura kif ukoll aktar għajnuna lill-intrapriżi żgħar u medji.

F’konferenza tal-aħbarijiet id-deputat Prim Ministru Louis Grech u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg taw rendikont tal-proġetti li saru b’dawn il-fondi Ewropej. Dawn huma uħud minn dawn il-proġetti:

–              Cittadella Masterplan – Il’fuq minn €10 miljuni dedikati għar-restawr u konservazzjoni tac-Cittadella. Proġett li jattira numru kbir ta’ turisti u iktar pubbliċita’ għal Għawdex.

–              Fort St. Elmo Heritage Experience – Proġett b’valur ta’ l’fuq minn €15 miljun li wassal biex fl-2016 kien hemm mal-106,400 viżitatur.

–              Sistema ġdida ta’ Dawl fit-toroq Maltin u Għadwxin aktar effiċjenti. Saru interventi fit-toroq arterjali Maltin u Għawdxin billi twaħħlu bozoz LED – iffrankar tal-enerġija, konsum sostenibbli u tnaqqis tal-emissjonijiet tac-CO2.

–              L-iSptar tal-Onkoloġija – investiment ta’ €42 miljun. Sptar u faċillitajiet ġodda li jittrattaw l-kura tal-kanċer.

–              MCAST – B’investiment ta’ €18.9 miljun. Kampus ġdid f’Kordin li tilqa fiha l-Applied Science, u l-Institute of Business and Commerce kif ukoll Student House. Ġew ukoll mgħammra żewġ istituzzjonijiet  tal-Kommunikazzjoni u tat-Teknoloġija filwaqt li nbena parkeġġ taħt l-art. B’hekk l-MCAST tkun tista’ tilqa fiha numru ikbar ta’ studenti biex jsegwu korsijiet post-sekondarji u joffri esperjenza edukattiva aħjar.

–              L-Universita’ ta’ Malta – investiment ta’ l’fuq minn €14miljun li jinkludu investimenti fis-sistema’ Elettronika tal-Inġinerija, Micro Nanoelectronics, Kimika u faċilitajiet oħrajn tar-riċerka.

–              Transport€10miljuni investiti fit-Terminal taċ-Ċirkewwa li wassal għal titjib fl-esperjenza tal-ivvjaġġar. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend