KONFERMA LI INVESTIGAZZJONI TWAQQFET WARA LI TFAĊĊA ISEM BEPPE | One News

Notifiki

KONFERMA LI INVESTIGAZZJONI TWAQQFET WARA LI TFAĊĊA ISEM BEPPE

  • Ġie ppubblikat ir-rapport tal-Bord ta’ Inkjesta biex jinvestiga allegazzjonijiet f’artiklu intitolat ‘Money Laundering Investigation was not pursued when Fenech Adami’s name cropped up’.
  • Il-każ intbagħat għal investigazzjoni mill-Pulizija u l-FIAU, kif suġġerit mill-Inkjesta.
  • Il-bord jikkonferma li wara li tfaċċa isem Fenech Adami l-każ sar “hot potato”.

Il-Prim Ministru ippubblika r-rapport tal-Bord ta’ Inkjesta minn tliet eks-Imħallfin, li nħatar fl-10 ta’ Ottubru 2016 biex jinvestiga allegazzjonijiet li saru f’artiklu ppubblikat fil-gazzetta MaltaToday tad-9 ta’ Ottubru 2016 bit-titlu “Money Laundering Investigation was not pursued when Fenech Adami’s name cropped up”.

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, intqal li l-Prim Ministru ħa nota tal-konklużjonijiet tal-Bord ta’ Inkjesta.

Fuq rakkommandazzjoni tal-istess Bord irriżultaw diversi fatti li jimmeritaw li jiġu riferuti lill-awtoritajiet kompetenti għal investigazzjoni ulterjuri.

Fid-dawl ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Prim Ministru talab lill-Avukat Ġenerali biex jagħtih parir dwar diversi punti li rriżultaw mill-istess inkjesta.

Fl-istqarrija tal-Uffiċju tal-Prim Ministru ntqal li wara li ġew eżaminati l-konklużjonijiet tar-Rapport tal-Bord tal-Inkjesta, u fuq parir tal-Avukat Ġenerali, il-Prim Ministru, permezz ta’ ittra li ġġib id-data tal-lum u li qed tiġi ppubblikata wkoll, talab lill-Kummissarju tal-Pulizija u lill-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) biex, kif mitlub mill-istess Bord, jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom fuq il-kumpaniji msemmija.

Mar-rapport ġie ppreżentat Rapport Tekniku f’busta ssiġġillata u li eżamina diversi dokumenti, statements u dokumenti bankarji tal-operat tal-kumpanija Capital One Investment Group Limited.

Ir-rapport tal-Bord jirreferi b’mod partikolari għall-konklużjoni tal-istess Rapport Tekniku li kkonkluda hekk: “The facts established under Section 4 of this report warrant a more thorough review/investigation by competent national authorities.”

Dawn il-konklużjonijiet huma kondiviżi mill-Bord ta’ Inkjesta. Fuq parir tal-Avukat Ġenerali, il-Gvern mhuwiex qed jippubblika r-Rapport Tekniku li ġie ssiġillat mill-Bord stess, għaliex jista’ jiġi ppreġudikat il-każ.

Fl-istqarrija ntqal li sabiex il-Pulizija u l-FIAU jkunu f’pożizzjoni li jidentifikaw dak li qed jiġi rrapportat lilhom, mill-konklużjoni ta’ dan ir-Rapport Tekniku qed tintbagħat lilhom dik il-parti tar-rapport li għaliha hemm referenza speċifika fil-konklużjoni msemmija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend