Il-kummerċ Ewropew fiċ-ċentru tas-summit informali f'pajjiżna | One News

Notifiki

Il-kummerċ Ewropew fiċ-ċentru tas-summit informali f’pajjiżna

Metodi ġodda ta’ kif tmienja u għoxrin stat ifasslu pjan għal kummerċ, l-impatt tal-amministrazzjoni Amerikana fuq il-kummerċ mal-Ewropa, il-laqgħa Ministerjali fi Buenos Aries f’Diċembru li ġej.

Dawn kollha ġew diskussi f’laqgħa informali mal-Ministri Ewropej għall-Kummerċ li tmexxiet mill-Ministru Chris Cardona. F’indirizz lill-midja il-Ministru Cardona qal li l-kummerċ fl-Ewropa għandu jimpatta lil kulħadd b’mod pożitiv; mill-intrapriżi żgħar u medji sa’ pajjiżi barranin.

Qal ukoll li skont proposta tal-Kummissjoni Ewropea fl-2016, għandu jintlaħaq ftehim kontra l-bejgħ ta’ prodotti bi prezz inġust bejn il-pajjiżi Ewropej.

Fuq kollox saret referenza għall-inċertezza fil-miżuri kummerċjali tal-amministrazzjoni Amerikana ta’ Donald Trump fuq relazzjonijiet attwali tal-industrija. Cardona qal li deċiżjonjiet ħorox mill-Istati Uniti jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-industrija Ewropea.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ Cecelia Malmstrom qalet li dak kollu diskuss tul il-jum mill-Presidenza Maltija u l-Kummissjoni jirispetta r-responsabbiltajiet li għandha l-Unjoni Ewropea lejn l-Organizazzjoni Dinjija għall-Kummerċ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend