Sewwieq ta' mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta | One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara ħabta

Sewwieq ta’ mutur ta’ 53 sena residenti l-Fgura qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq il-Kampanella, il-Fgura għall-ħabta tat-15.10pm.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Yamaha DT125 li kien misjuq minn raġel ta’ 53 sena residenti l-Fgura u vettura tat-tip Mazda 3 misjuqa minn mara ta’ 51 sena residenti Santa Luċija.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend