Jissoktaw il-laqgħat tal-Prim Ministru fir-Rumanija | One News

Notifiki

Jissoktaw il-laqgħat tal-Prim Ministru fir-Rumanija

Fil-jum tal-Tlieta l-Prim Ministru Joseph Muscat beda tlett ijiem ta’ żjarat f’sitt ibliet differenti madwar l-Ewropa, bħala parti mill-impenji uffiċjali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Dalgħodu l-Prim Ministru ltaqa’ mal-President tar-Rumanija Klaus Iohannis f’Bucharest.

L-ewwel żjara tal-Prim Ministru kienet fi Stokkolma fejn iltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Isvezja Stefan Löfven, li nnota kif il-Presidenza Maltija qed tkun suċċess. Qal li l-Isvezja taqbel ma’ Malta dwar il-bżonn ta’ Ewropa iktar soċjali, kif ukoll li l-Presidenza Maltija qed tagħti importanza lill-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

Minn Stokkolma għal Praga fir-Repubblika Ċeka il-Prim Ministru ltaqa’ mal-Prim Ministru Bohuslav Sobotka. Fost oħrajn il-Prim Ministru Ċek fahhar l-impenn ta’ Malta biex fi-summit ta’ Malta ntlahaq ftehim uniku dwar immigrazzjoni llegali fuq livell estern.

L-impenji tad-delegazzjoni maltija mistennija jissoktaw fil-Greċja, Ċipru u Ruma , bl-laqgħat mal-mexxejja tal-pajjiżi rispettivi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend