Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ misterjuż ta’ familja – One News

Notifiki

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ misterjuż ta’ familja

Il-Pulizija Franċiża fetħet investigazzjoni kriminali dwar każ misterjuż li jinvolvi familja ta’ erbgħa. Liema membri tal-familja qed jiġu rrapportati nieqsa filwaqt li nstabu traċċi tad-demm ta’ tlieta minnhom biswit id-dar tagħhom f’Nantes.

Il-Pulizija spjegat li mill-ġurnata li din il-familja ġiet irrapportata nieqsa ma kien hemm ebda attività fil-kont bankarju tagħhom filwaqt li l-mobaljs tagħhom ma ntużawx.

Ir-rapporti jgħidu li l-missier kien ibagħti minn dipressjoni filwaqt li t-tifel kellu problemi psikoloġiċi.

Il-membri familjari rrapportati nieqsa huma l-ġenituri, Pascal u Brigitte, li t-tnejn għandhom madwar 50 sena, it-tifel tagħhom Sebastien ta’ 21 sena u t-tifla tagħhom Charlotte li għandha 18-il sena. Ir-rapport lill-Pulizija sar minn oħt Brigitte fis-16 ta’ Frar.

L-investigaturi sabu traċċi tad-demm fuq il-mobajl ta’ Sebastien kif ukoll fuq l-arloġġ ta’ Brigitte. Instab ukoll demm taħt it-taraġ tar-residenza tagħhom u l-prosekuzzjoni spjegat li jidher li xi ħadd prova jnaddaf dawn it-traċċi.

Iż-żewġ karozzi tal-familja kienu pparkjati quddiem id-dar iżda l-investigaturi ma sabux il-karozza ta’ Sebastien.

Sebastien kien ingħata sentenza mill-Qorti biex jagħmel xogħol fil-komunità wara li fl-2013, meta kien għadu taħt l-età, kien qed jhedded li joqtol lil xi persuni. Il-gazzetta Le Monde irrapportat li huwa kien poġġa ukoll filmat onlajn bl-isem ta’ “What do I hate the most?” u “What makes me sad? My life.” Fuq twitter huwa kien kiteb li jekk xi ħadd jifhem x’kien għaddej minn moħħu, kien jaħseb li huwa miġnun u li ma kellu ebda morali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend