FILMAT: Il-mument li Pulizija spara waqt id-diskors ta’ Hollande – One News

Notifiki

FILMAT: Il-mument li Pulizija spara waqt id-diskors ta’ Hollande

Żewġ persuni qed isofru minn ġrieħi wara li Pulizija spara u laqat żewġ persuni waqt li l-President Franċiż Francois Hollande kien qed jagħmel diskors f’Villognon.

Hollande ma sofra minn ebda ġrieħi u b’xorti tajba dawk milquta mill-isparatura li qed tiġi trattata bħala inċident mhux intenzjonat ma jinsabux fil-periklu li jitilfu ħajjithom.

Il-filmat juri l-mument li fih Hollande sema’ l-isparatura u qal “nispera li xejn serju,” u wara ftit sekondi qal lil dawk preżenti li ma jaħsibx li kien każ serju. Iżda dwar dan il-każ infetħet investigazzjoni.
Fid-dawl tal-attakki terroristiċi fi Franza, mal-aħbar tal-isparatura ħafna ħasbu li dan kien attakk terroristiku li kellu fil-mira tiegħu lill-President Franċiż Francois Hollande, iżda mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li dan kien biss inċident.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend