Bidu ġdid għan-negozji tal-familja | One News

Notifiki

Bidu ġdid għan-negozji tal-familja

Infetaħ l-uffiċju għan-negozji tal-familji f’uffiċini tal-Mimcol, Tas-Sliema, li se jservi biex jiprovdi informazzjoni dwar ir-rekwiżiti, benefiċċji u responsabbiltajiet ta’ dawk in-negozji li jirreġistraw ruħhom bħala negozji tal-familja.

Kunċett ġdid li daħal fis-seħħ bl-introduzzjoni tal-att għan-negozji tal-familja li għadda mill-Parlament fl-aħħar tas-sena li għaddiet.

Att li jiddeffinixxi x’inhu ‘negozju tal-familja’ u li bih dawn in-negozji jistgħu jibbenefikaw minn diversi inċentivi fiskali u ta’ Gvernanza li diġa jeżistu u li se jiżdiedu mas-snin.

Miżura li se jibdew jibbenefikaw minnha immedtjatament dawk irreġistrati bħala negozji tal-familja hija dik imħabbra fl-aħħar baġit ta’ konċessjoni ta’ tnax-il xahar fit-tnaqqis tal-boll minn 5% għal 1.5%, meta ġenituri jitrasferixxi n-negozji lit-tfal tiegħu. Għalhekk l-uffiċju se jservi biex jikkordina mal-Awtoritajiet kompetenti sabiex ir-reġistrazzjoni tan-negozji tkun faċilitata.

Fil-ftuħ tal-uffiċju, l-Ministru Chris Cardona, stqarr li Malta se tkun l-ewwel ġurisdizzjoni li lleġiżlat in-negozji tal-familja. Prova ċara ta’ kemm il-Gvern qed ikun proattiv biex jgħin lil dawn in-negozji jiżviluppaw u jkunu aktar kompettivi kemm fix-xena lokali u internazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend