Michael u Eric: traġedja li issa għaddew 21 sena minn fuqha – One News

Notifiki

Michael u Eric: traġedja li issa għaddew 21 sena minn fuqha

Michael Cutajar u Eric Grima kienu żewġ żgħażagħ Melleħin mimlijin saħħa. Ħadd ma seta jobsor, lura fl-1996, li bħal llum ta’ kull sena dawk qribhom kienu se jiftakru f’mewthom.

Michael u Eric ħarġu jistadu minn ħdejn Popeye’s Village, fuq dgħajsa żgħira bil-mutur. Marru lejn l-Għadira, u huma u jduru lura lejn Popeye’s, eżatt quddim l-Armier, qabdithom maltempata kbira.
Damu madwar 28 jum mitlufin, u l-Mellieħa kollha tfittixhom. Instabu kważi ħdejn xulxin, eżatt quddiem il-bajja tal-Armier. Instabu minn sajjied u martu qrib l-art.
Huwa rakkont li kull familja Melleħija tafu. Rakkont li jfakkar kemm hija fraġli l-ħajja, kemm jgħid sew il-Malti li l-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa, u kemm il-mewt ma tafx tkun ħanina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend