“Il-Gvern qed jieħu iniżjattivi u jwettaq riformi f’kull livell biex jikkumbatti l-inugwaljanzi fis-soċjetà” – One News

Notifiki

“Il-Gvern qed jieħu iniżjattivi u jwettaq riformi f’kull livell biex jikkumbatti l-inugwaljanzi fis-soċjetà”

 Il-Gvern qed jieħu iniżjattivi u jwettaq riformi f’kull livell biex jikkumbatti l-inugwaljanzi li għadhom jeżistu fis-soċjetà.

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat f’laqgħa mal-Eżekuttiv ta’ NL- Nisa Laburisti ftit ġranet biss qabel jiġi ċċelebrat Jum il-Mara.

Mil-livell edukattiv, għal dak ekonomiku, għal dak soċjali dawn ir-riformi qed iservu ta’ pjattaforma biex in-nisa f’pajjiżna jkomplu jimxu ‘l quddiem.  Permezz ta’ dawn ir-riformi l-mara qed tkun aktar indipendenti u aktar ħielsa. Fl-istess ħin il-Gvern qed ikompli jaħdem biex jelimina l-inugwaljanzi li għadhom jeżistu.

Il-Prim Ministru ħabbar li fost l-oħrajn fiż-żmien li ġej ser ikun qed jitressaq pakkett ta’ riformi għal-liġijiet eżistenti li jmorru lura s-snin u li huma diskriminatorji u li ma jirriflettux l-iżvilupp tal-mara fis-soċjetà.

Tul il-laqgħa kienu diskussi wkoll temi kurrenti u anke ħidma għal futur biex verament ikollna ugwaljanza effettiva.

Fost it-temi diskussi kien hemm id-diskrepanza Ii teżisti fil-ħlas għall-istess xogħol u li skont satistika tal-Eurostat ippublikata f’Novembru li għadda f’pajjiżna din tlaħħaq il-11%. Nisa Laburisti, qalet il-President ta’ NL Claudette Abela Baldacchino qed tappoġġja bis-sħiħ kampanja imnedija mill-PES Women biex jingħeleb dan l-ostaklu.

Punti oħra diskussi kienu l-leave tal-paternità (jiġifieri leave ghall-missierijiet wara li jkollhom tarbija) u li issa l-Ġvern żiedu minn jumejn għal ħamest’ijiem għal kull tarbija u anke l-ħtieġa ta’ riformi fil-liġi attwali tal-IVF.

B’rabta mal-elezzjoni ġenerali kienet affermata l-ħtieġa li aktar nisa jiġu eletti fil-Parlament biex dan ikun jirrifletti wkoll lis-soċjetà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend