Is-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna huwa riżultat ta’ ħidma tanġibbli – JM – One News

Notifiki

Is-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna huwa riżultat ta’ ħidma tanġibbli – JM

“Is-suċċess ekonomiku li pajjiżna qed jesperjenza ma nistgħux nieħduh for granted, u ma nistgħux naħbu l-fatt li hemm tendenza li jsir hekk.” Dan qalu l-Prim ministru Joseph Muscat fi djalogu li kellu mal-kamra tal-kummerċ.

Hawnhekk innota li fl-aħħar sena Malta kellha wieħed mill-akbar tkabbir fil-prodott gross domestiku fl-Ewropa u li l-investituri jkunu attirati lejn pajjiżna hekk kif għandna sistema demokratika u legali stabbli.

Il-Prim Ministru għamel referenza ukoll għas-sitwazzjoni tal-Airmalta u fakkar kif kull deċiżjoni li tittieħed taffetwa b’xi mod relazzjonijiet kummerċjali oħra, għalhekk kull pass li jsir irid ikun wieħed maħsub u għaqli.

Intant, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, Anton Borg, qal li l-prijorità tal-Gvern u negozji għandha tkun li f’pajjiżna jkollna negozji aktar kompettitivi. Isemmiet il-kwistjoni tal-paga minima li tolqot direttament lil min iħaddem u għalhekk Borg aċċenna għall-bżonn ta’ strateġija li fuqha tinħadem iż-żieda fil-paga minima.

Il-Prim Ministru reġa’ għamel il-pożizzjoni tiegħu ċara, jiġifieri li jeħtieġ li jkun hemm qbil unanimu bejn l-imsieħba soċjali dwar din iż-żieda u assigura li din mhux se tkun ta’ detriment għan-negożji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend