30 persuna arrestati f'Għawdex wara sejba ta' droga | One News

Notifiki

30 persuna arrestati f’Għawdex wara sejba ta’ droga

Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival, matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u dawk mid-Distrett t’Għawdex, arrestaw 27 persuna minn Għawdex, wara li nstabu fil-pussess ta’ sustanzi suspettati kokaina, kannabis u ecstasy.

Il-Pulizija arrestat ukoll tliet Maltin li kienu fil-pussess ta’ sustanzi suspettati kannabis, ecstasy u diversi qratas bil-kokaina li kienu lesti għat-traffikar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend