Żewġt aħwa attakkati f’Pariġi – x’aktarx għax huma Lhud – One News

Notifiki

Żewġt aħwa attakkati f’Pariġi – x’aktarx għax huma Lhud

Il-Pulizja Franċiża bħalissa qed tinvestiga attakk li seħħ f’Pariġi fuq żewġt aħwa Lhudija, fejn qed jingħad li l-aggressur beda jgħajjat kliem abbużiv.

L-ikbar mill-aħwa li għandu 29 sena u ħuh ta’ 17-il sena, sostnew li wieħed mill-aggressuri kien armat b’arma perikoluża u taqta’ u li t-tnejn li huma ndarbu waqt l-attakk.

Huma qalu li l-attakk seħħ waqt li kienu qed isuqu libsin kippahs, tip ta’ kappell li jilbsu l-Lhud.

S’issa l-Pulizija m’hi qed iżżomm lill-ħadd arrestat b’rabta ma’ da nil-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend