"Kien isakkarni f'kamra u jabbuża minni ġurnata sħiħa" | One News

Notifiki

“Kien isakkarni f’kamra u jabbuża minni ġurnata sħiħa”

“Il-lejl li ħadni miegħu huwa sfurzani biex ikolli x’naqsam miegħu. Jiena bdejt nibki u meta ra hekk huwa qalli li jista’ jagħmel bija li jrid għax kien xtrani minn għand il-ġenituri tiegħi u li jista’ jużani kemm irid,” qalet żagħżugħa ta’ 19-il sena.

Din iż-żagħżugħa, Muneera Begum, tgħix fl-Indja u qasmet l-esperjenza tagħha li kellha biss tnax-il sena meta l-ġenituri tagħha ġiegħluha tiżżewweġ lil Oman, anzjan ta’ 70 sena biex jagħmlu l-flus. Hija stqarret ma CNN li l-lejl tat-tieġ tagħha kien tortura.

Emozzjonata spjegat li hija ma kienet taf xejn dwar il-ħajja sesswali u wisq anqas kienet taf dwar iż-żwieġ u qalet li kienet tħossha li għada tifla. It-tfajla ddeskrivit li r-raġel kien żammha msakkra għal xahrejn sħaħ u kien jabbuża minnha ġurnata sħiħa. “Meta kien imur x’imkien huwa kien iżommni msakkra fid-dar u meta jasal lura t-tortuta kienet tkompli,” spjegat Muneera.

Il-Pulizija spjegat li fl-Indja hemm mijiet ta’ każijiet bħal dawk ta’ Begum. Tfajliet li jkunu ġejjin minn familji fqar jinbiegħu mill-ġenituri kontra x-xewqa tagħhom lil turisti anzjani li jkunu marru jfittxu tfajliet għal bżonnijiet sesswali tagħhom.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend