Karozza tinqaleb fin-Nadur | One News

Notifiki

Karozza tinqaleb fin-Nadur

Għall-ħabta tas-13.00pm karozza nqalbet fin-Nadur, Għawdex. F’din il-karozza kien hemm mara u raġel li l-identità tagħhom għad mhux magħrufa. Persuni li kienu fuq il-post spjegaw lil one.com.mt, li l-inċident seħħ wara li karozza ħarġet minn fuq stop sign fil-ħin li kienet għaddejja karozza min-naħa tar-Rabat direzzjoni lejn in-Nadur. Kawża ta’ hekk il-karozza inqalbet.

Żgħażagħ li kienu fuq il-post offrew l-ewwel għajnuna tagħhom sakemm waslet l-ambulanza li ħadithom l-isptar ta’ Għawdex għall-kura.

Il-kundizzjoni tagħhom għad mhux magħrufa.

Ritratt: A.Catania

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend